Il-filosofija ta' Manwel Dimech
minn Mark Montebello

Bijografija qasira ta' Dimech

 

 

Manwel Dimech twieled il-belt Valletta fil-25 ta’ Dicembru ta’ l-1860. Bhall-bicca l-kbira tat-tfal ta’ zmienu, ghadda tfulitu f’faqar u ghaks tal-biza’. Ix-xorti u l-fasla psikologika tieghu xehtuh minn kmieni lejn hajja ta’ kriminalità. Dahal ghall-ewwel darba l-habs fl-età zghira ta’ tlettax-il sena, u tul l-erbgha u ghoxrin sena ta’ wara, sakemm kellu mas-sebgha u tletin sena, baqa’ kontinwament hiereg u diehel il-habs, hati daqqa’ ta’ serq, daqqa ta’ qtil u daqqa ta’ tmexxija ta’ flus foloz. Fil-habs, izda, inbidel bil-mod il-mod fi bniedem gdid. Dimech beda l-hajja pubblika tieghu fl-1898, meta beda jxandar Il Bandiera tal Maltin, gazzetta popolari bil-Malti ta’ xejra repubblikana, li xi ftit jew wisq baqa’ johrogha sa l-1914. Fl-1903 zar Montenegro, u bejn l-1906 u l-1907 zar ukoll Marsilja, Monako u t-tul ta’ l-Italja kollha. Fl-Italja, specjalment f’Genova, rega’ mar bejn l-1908 u l-1911. Lura Malta, bil-hsieb ta’ riforma socjali radikali, Dimech nieda x-Xirca tal Imdaulin, maghmula l-aktar minn haddiema tat-Tarzna. Din l-ghaqda, izda, flimkien mal-Bandiera, gew ikkundannati mill-awtoritajiet tal-Knisja Kattolika f’Malta, li wkoll skomunikaw lil Dimech innifsu. Minhabba dan, ghal sena shiha bejn l-1911 u l-1912 Dimech kien vittma ta’ persekuzzjoni feroci. Wara li kiseb il-mahfra, Dimech rega’ nieda l-ghaqda tieghu, bl-isem tax-Xirca Maltïa, izda ma damitx wisq, ghax fil-bidu ta’ Settembru ta’ l-1914, hekk kif bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija, Dimech gie ddeportat Sqallija mill-awtoritajiet kolonjali Britannici f’Malta. Minn hemmhekk thalla jmur Lixandra (l-Egittu) fejn intafa’ f’habs wara iehor, u anki f’manikomju, mizmum illegalment bhala prigunier tal-gwerra f’kundizzjonijiet atroci. Meta fl-1918 spiccat il-gwerra, Dimech thalla l-Egittu eziljat ghall-bqija ta’ hajtu. Dimech miet marid u wahdu fis-17 ta’ April ta’ l-1921 f’Lixandra, l-Egittu, fil-qasam ta’ Sidi Bixir. Huwa miet fil-bini ta’ kullegg insejjah Victoria College, li kien gie mibdul fi sptar ghall-esigenzi tal-gwerra l-kbira. L-isptar kien imhares minn sudditi Britannici Indjani. Dimech indifen fil-grounds tal-kullegg stess f’qabar mhux immarkat.

 

 

Dicembru 25, 1860 Twieled il-belt Valletta.
Gunju 11, 1874 Jikkommetti l-ewwel reat maghruf (serq) ta' 13-il sena gimghatejn biss wara l-mewt ta' missieru. Issentenzjat ghal jumejn mizmum.
Ottubru 20, 1874 Jikkommetti t-tieni reat maghruf (serq). Issentenzjat ghal sena habs.
Mejju 18, 1876 Jikkommetti t-tielet reat maghruf (serq). Issentenzjat ghal 20 jum habs.
Dicembru 4, 1876 Jikkommetti r-raba' reat maghruf (serq). Issentenzjat ghal 20 jum habs.
Jannar 6, 1877 Jikkommetti l-habes reat maghruf (serq). Issentenzjat ghal 3 xhur habs b'xoghol iebes.
Mejju 11, 1877 Jikkommetti s-sitt reat maghruf (serq). Issentenzjat ghal 3 xhur habs b'xoghol iebes.
Ottubru 10, 1877 Jikkommetti s-seba' reat maghruf (serq). Issentenzjat ghal 20 jum habs.
Novembru 14, 1877 Jikkommetti t-tmien reat maghruf (serq). Issentenzjat ghal xhar habs u £5 multa (ekwivalenti ghal xahar habs).
Novembru 1877 Jibda jitghallem jikteb u jaqra.
Frar 3, 1878 Jikkommetti d-disa' reat maghruf (qtil). Issentenzjat ghal 20 sena habs b'xoghol iebes. (Il-komplici tieghu jigi mghallaq)
Ottubru 30, 1890 Jinheles mill-habs u jmur Tunes. Jirritorna f'Dicembru.
Jannar 5, 1891 Jikkommetti l-ghaxar reat maghruf (tmexxija ta' flus foloz). Issentenzjat ghal 9 snin habs b'xoghol iebes.
Lulju 31, 1897 Jinheles ghal kollox mill-habs.
Jannar 8, 1898 Jibda l-gazzetta ta' kull gimgha, Il Bandiera tal Maltin.
Frar 1898 Jiftah l-iskola tal-ilsna moderni l-Belt.
Marzu 17, 1900 L-Isqof ta' Malta jikkundanna wiehed mill-artikli tieghi u jammonih pubblikament.
Marzu 22, 1900 Tmut ommu.
Ottubru 2, 1900 Jizzewweg lil Virginia Agius (Stella Maris, Sliema).
April 12, 1902 Ihabbar ghall-ewwel darba l-organizzazzjoni tieghu , Ix Xirca Maltïa (li mbaghad jibdiha fl-1911).
Mejju 1902 Jippubblika ktieb ta' grammatika Ingliza, Il Chelliem Inglis
Novembru 26, 1903 Izur Montenegro (ghal kwazi tliet gimghat).
Ottubru 8, 1904 Jibda jippubblika r-rumanz politiku Ivan u Prascovia.
Awwissu 16, 1906 Isiefer. Izur Marsilja u t-tramuntana tal-Italja (Genova, Milan u Turin). Jirritorna f'April 1907.
Novembru 1907  Jippubblika ktieb ta' grammatika f'erba' ilsna, Il Chelliem tal Erbat Ilsna.
Marzu 19, 1908 Jirritorna mill-Italja. Jerga' jmur f'Mejju 1911.
Gunju 24, 1911 Ihabbar l-organizzazzjoni Ix Xirca tal Imdaulin.
Ottubru 2, 1911 L-Isqof ta' Matla jikkundanna Ix Xirca tal Imdaulin u Il Bandiera tal Maltin.
Ottubru 23, 1911 L-Isqof jiskomunikah mill-komunjoni tal-Knisja Kattolika. Tibda sena ta' persekuzzjonijiet u demostrazzjonijiet pubblici kontrih organizzati mill-Knisja.
Jannar 21, 1912 Ghal ftit ma nqatilx permezz tat-thaggir minn folla fanatika f'Hal Qormi.
Novembru 26, 1912 Jabjura.
Dicembru 1, 1912 L-Isqof formalment jirtira l-iskomunika.
Marzu 1914 Jippubblika ktieb bl-istatut tal-organizzazzjoni tieghu, Is Sisien tax Xirca Maltïa.
Awwissu 31, 1914 Arrestat.
Settembru 5, 1914 Deportat Sqallija. Moghti l-libertà.
Ottubru 1914 Mizmum f'habs f'Siracusa bhala prigunier.
Novembru 22, 1914 Deportat Lixandra, l-Egittu.
Dicembru 1914 Jaqfluh fil-habs ta' El-Hadra (Lixandra).
Jannar 1915 Trasferit fil-kamp ta' koncentrament ta' Ras-el-Tin (Lixandra).
Mejju 1915 Mobghut ghal darba ohra fil-habs ta' El-Hadra.
Gunju 1915 Trasferit fil-manikomju ta'  Abbassih (il-Kajr).
Jannar 1917 Trasferit fil-kamp militari ta'  Kasir El Nil (il-Kajr)
Dicembru 1918 Trasferit fil-kamp ta' koncentrament ta' Sidi Bishir (Lixandra).
Novembru 4, 1918 Ibnu, Attilio, imut f'Malta bil-guh.
Novembru 11, 1918 Tintemm l-Ewwel Gwerra Dinjija; jibda l-ezilju tieghu.
Settembru 12, 1919 Il-Gvernatur ta' Malta jichad li jtemm l-ezilju tieghu.
Novembru 1920 Nofsu pparalizzat b'pupplesija.
Dicembru 1920 Trasferit fl-isptar ta' Victoria College f'Sidi Bishir stess. (Il-kullegg kien gie mibdul fi sptar minhabba l-gwerra).
April 17, 1921 Miet f'Victoria College, Sidi Bishir (Lixandra, l-Egittu). Indifen go toqba fil-grounds tal-kullegg minghajr marka fuq qabru.