Il-filosofija ta' Manwel Dimech
minn Mark Montebello

Kelmtejn mill-kittieb

 

 

Dan li ghandek hawnhekk huwa mehud mill-bijografija Dimech (PIN, Malta 2004; Kapitlu IV). Qieghed inxandru hawnhekk sabiex il-filosofija ta’ Dimech, tant drabi misinterpretata u abbuzata, tigi maghrufa u apprezzata ghaliha wehedha. Nahseb li dan huwa xieraq u relevanti ghax inhoss li, mhux biss li l-filosofija tieghu ghadha mhijiex maghrufa bizzejjed, imma wkoll li hu importanti li tigi mifhuma sew u rikonoxxuta fis-siwi konsiderevoli taghha. Il-filosofija ta’ Dimech ghadha attwali ghax hija akbar mill-bniedem innifsu li ghex mal-mitt sena ilu. Jidhirli, ghalhekk, li l-filosofija tieghu ghad ghandha l-hila tghinna halli nistharrgu l-problemi li niltaqghu maghhom illum fil-hajja taghna.

Din il-monografija dwar il-filosofija ta’ Dimech hi parti minn hidma li jien ghamilt sabiex nintroduci fost il-pubbliku Malti s-suggett tal-filosofija Maltija. Kont bdejt fl-1992 billi xandart studju tal-filosofija ta’ Pietru Caxaru fil-ktejjeb Pietru Caxaru u l-Kantilena tieghu. Komplejtha bil-pubblikazzjoni tal-ktieb Daniel Callus: Historian & Philosopher fl-1994. Sena wara, imbaghad, fl-1995, xandart il-ktieb li ismu stess juri x’intenzjoni kelli meta ppubblikajtu: Stedina ghall-Filosofija Maltija. Dan il-ktieb, ghalkemm kien ta biss toghma tas-suggett tal-filosofija f’Malta, kellu success konsiderevoli fost il-pubbliku, tant li heggigni nkompli nahdem fuq it-tema b’impenn akbar. Ghaldaqstant, fis-snin ta’ wara hejjejt pubblikazzjoni kbira li fiha pprezentajt is-suggett fil-wesgha tieghu kollha. Dan wassal biex, fi zmien sitt snin, fl-2001, inxandar f’zewg volumi Il-Ktieb tal-Filsofija f’Malta, ktieb impenjattiv u ezawrenti li l-pubbliku gharaf sewwa l-siwi uniku u originali tieghu. Dan il-ktieb, infatti, hu indispensabbli ghal kulmin f’Malta tinteressah il-filosofija.

Fl-2009, imbaghad, xandart ukoll, din id-darba bl-Ingliz, storja popolari tal-filosofija f'Malta fi zmien is-seklu 20:  20th Century Philosophy in Malta. Dan ghamiltu sabiex dawk li jixtiequ jkomplu jahdmu fuq it-tema tal-filosofija f'Malta ikollhom hjiel xieraq tal-ahhar 'holqiet' li llum jorbtuna mal-imghoddi qarib taghna. Dwar dan, aghfas hawn.

Filwaqt li issa nipprezentalek din il-kitba dwar il-filosofija ta’ Dimech, ma nistax ma nirrakkomandalekx il-ktieb Dimech. Din il-bijografija analitika u kritika (iddokumentata bis-shih) mhux biss turi x’sawwar il-personalità kumplessa ta’ Dimech u tirrakkonta l-istorja avventuruza ta’ hajtu, imma turi wkoll il-mod sorprendenti kif Dimech ittraduca l-filosofija tieghu f’azzjoni u mpenn favur iz-zghir u l-maghkus halli jaghti sehemu fil-bini ta’ socjetà aktar gusta u hielsa.